Malta Association of Hospitality Executives

Press Releases (8)

Il-lukandi mhux ikkumpensati għall-qtugħ tad-dawl - MAHE

Article By: newsbook

                                                                                                                                                                                     Saturday, August 16, 2014, 09:46


The Malta Association of Hospitality Executives (MAHE) wriet it-tħassib tagħha għall-fatt li l-Gvern ma tkellimx dwar li jagħti kumpens lil bars, ristoranti u lukandi, li ħafna minnhom ma jistax ikollhom ġeneratur minħabba spejjeż.


Membri tal-Assoċjazzjoni qalu li għamlu telf minħabba n-nuqqas ta’ bejgħ kif ukoll il-ħsara li saret lill-ħażna tal-ikel.


L-Assoċjazzjoni laqgħet l-istqarrija tal-Gvern li qed jikkunsidra jagħti kumpens lir-residenti wara li nqata’ d-dawl nhar it-Tlieta li għadda.


Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni rringrazzjat lil numru ta’ ħaddiema minn diversi lukandi li għamlu ħielithom biex jagħtu servizz lill-klijenti tagħhom li kienu għadhom kif waslu Malta.


Peress li l-lifts ma kienux qed jaħdmu, il-ħaddiema tal-lukandi tellgħu l-bagalji tal-klijenti fil-kmamar.