Hospitality handbook launched by MAHE

Article By: maltatoday

                                                                                                                                                                                     Saturday, August 23, 2014, 12:30


Malta Association of Hospitality Executives presents hospitality handbook and position paper to tourism minister


The Malta Association of Hospitality Executives (MAHE) yesterday presented a position paper to tourism minister Edward Zammit Lewis, in which the sector’s professionals put forward a number of proposals aimed at improving the industry.


In the meeting attended by MAHE president Joe Attard and deputy-president Chris J. Camilleri, the association also presented the minister with a handbook ‘The Art of Waiting, A handbook of Do’s and Don’ts when serving diners,’ intended for servers in the industry.


Zammit Lewis welcomed the initiative and said “everyone employed in the sector should be proud of being part of an industry which contributes up to 29% of GDP.”

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR EDWARD ZAMMIT LEWIS JILQA’ LIL MALTA ASSOCIATION OF HOSPITALITY EXECUTIVES (MAHE)

gov.mt

                                                                                                           Reference Number: PR141872, Press Release Issue Date: Aug 22, 2014


Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis illum kellu żjara ta’ korteżija mal-Malta Association of Hospitality Executives (MAHE). Għal din il-laqgħa attendew is-Sur Joe Attard li huwa l-President u s-Sur Chris J. Camilleri, Viċi President. L-MAHE hija assoċjazzjoni ta’ professjonisti li jaħdmu fis-settur tal-ospitalità, vjaġġar, turiżmu, kif wkoll is-settur tad-divertiment.


Din l-assoċjazzjoni ppreżentat lill-Ministru position paper fejn spjegaw ix-xogħol li għamlet l-MAHE matul dawn l-aħħar snin, kif wkoll ressqu proposti konkreti għal titjib fl-industrija. Il-Ministru laqa’ dan id-dokument u ddiskuta d-diversi sfidi li qiegħdha tiffaċċja l-industrija bħalissa.


L-MAHE ħadet din l-okkażjoni biex tniedi handbook li għandu jintuża mill-waiters fil-qadi ta’ dmirijiethom. Il-handbook huwa intitolat ‘The Art of Waiting, A handbook of Do’s and Don’ts when serving diners.’


Il-Ministru Edward Zammit Lewis laqa’ bi pjaċir it-tnedija ta’ dan il-handbook u saħaq l-importanza li fl-ewwel lok min jaħdem fit-turiżmu għandu jħossu kburi li qiegħed f’industrija li tikkontribwixxi b’mod dirett u indirett għal 29% tal-prodott gross domestiku. Fit-tieni lok il-Ministru enfasizza kemm hu importanti li nibqgħu ntejbu s-servizz turistiku tagħna biex naspiraw li nagħmlu l-qabża ta’ kwalità fit-turiżmu.


Il-partijiet qablu li se jżommu kuntatt regolari bejniethom.

Press Releases (9)

Malta Association of Hospitality Executives

Handbook għall-użu tal-waiters

Article By: inewsmalta.com

                                                                                                                                                                                          Friday, August 22, 2014, 17:28


Il-Malta Association of Hospitality Executives (MAHE) illum nediet handbook biex jintuża mill-waiters fil-qadi ta' dmirijiethom. L-isem tal-handbook huwa “The Art of Waiting: A handbook of Do’s and Don’ts when serving diners.”


It-tnedija saret waqt żjara ta' kortesija li l-President u l-Viċi President tal-MAHE, Joe Attard u Chris J. Camilleri rispettivament, għamlu lill-Ministru għat-Turiżmu, Dr Edward Zammit Lewis. F'din il-laqgħa ġie spjegat ix-xogħol li għamlet il-MAHE matul dawn l-aħħar snin, kif ukoll tressqu proposti konkreti għal titjib fl-industrija.


Il-Ministru laqa’ dan id-dokument u ddiskuta d-diversi sfidi li qiegħda tiffaċċja l-industrija bħalissa. Huwa laqa' bi pjaċir ukoll it-tnedija tal-handbook u saħaq fuq l-importanza li min jaħdem fit-turiżmu jħossu kburi li qiegħed f’industrija li tikkontribwixxi b’mod dirett u indirett għal 29% tal-prodott domestiku gross.